13.7.06

Lippi jħalli t-tmexxija tat-tim Taljan

Il-bieraħ Marcello Lippi ta l-aħbar li se jħalli lit-tim nazzjonali Taljan wara li rebaħ it-Tazza tad-Dinja. Ir-raguni li ta ta' din ir-riżenja li ta kulma seta' jagħti. Hu qal li kienet esperjenza straordinarja fuq livell professjonali u uman. Kellu grupp ta' futbollers eċċezzjonali u staff ta' kwalita tajba. Hu rringrazzja lill-Federazzjoni Taljana tal-Futbol (FIGC) tal-fiduċja li kellhom fih f'dawn is-sentejn. F'dawn is-sentejn ta' tmexxija Lippi mexxa 28 logħba li minnhom rebaħ 17, 9 drow u tilef 2 biss. Nistgħu ngħidu li mexxa t-tim Taljan tajjeb ħafna. Issa naraw min se jkun is-suċċessur ta' dan il-kowċ rebbieħ fost is-suċċessuri tiegħu qed jissemmmew Gentile, Donadoni u Zaccheroni.




GRAZZI LIPPI!!!!



No comments: