3.1.08

Is-Sena 2008

L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hija li nawgura s-Sena t-Tajba lill-kulħadd. Is-sena 2008 għandha tkun sena importanti u sabiħa għal diversi raġunijiet. Matul din is-sena se jkun hemm diversi affarijiet li se jiġru fejn kulħadd qed jistennihom.Kemm mill-kamp politiku kif ukoll mill-kamp sportiv.

L-ewwel ħaġa li diġa ġrat f'Malta u f'Ċipru hija l-introduzzjoni tal-munita Ewropa minflok il-minuta tal-pajjiż. Nistgħu ngħidu li l-preparazzjoni għal Malta biex tiġi introdotta f'pajjiżna ilhom għaddejjin ġmielu speċjalment f'dawn l-aħħar sentejn mill-kampanji ta' informazzjoni mill-NECC. Iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Valletta Waterfront għad-dħul ta' l-Ewro, anki jekk kienu mtappna mit-temp ħażin speċjalment bix-xita, kienu ta' suċċess. L-istennija kienet li mad-daqqa ta' nofs il-lejl il-Prim Ministru ta' Malta jiġbed l-ewwel Ewro mill-ATM anki jekk kien hemm problema teknika fl-aħħar mill-aħħar dawn il-flus inġibdu. Malta għandha tħossha furtunata li issa ssieħbet ma' l-iktar munita b'saħħitha bħalissa fid-dinja.

Matul din is-sena se seħħ l-elezzjoni ġenerali f'Malta. Bħalissa kulħadd qed jispekula meta din se ssir pero id-deċiżjoni finali hija dik tal-Prim Ministru. Iż-żmien sa meta tista' ssir l-elezzjoni huwa sa Awissu. Għalhekk li rridu nagħmlu huwa li nistennew lill-Prim Ministru jsejjaħ l-elezzjoni meta jgħoġbu.

Elezzjoni oħra li se ssir hija dik Amerikana għall-Presidenza. It-taqtiegħa għal din l-elezzjoni hija waħda kbira bejn ir-Repubblikani u d-Demokratiċi. Id-data ta' din l-elezzjoni hija l-4 ta' Novembru u l-għażla taż-żewġ kandidati għadu għaddej.

Mill-kamp sportiv hemm żewġ avvenimenti kbar li huma t-Tazza Ewropea u l-Olimpijadi. It-Tazza Ewropea se ssir fl-Iżvizzera u fl-Awstrija bejn is-7 u d-29 ta' Ġunju. Fiha se jieħdu sehem is-16-il tim li għadda mir-rawnd ta' kwalifikazzjoni li sar bejn l-2006 u l-2007. It-timijiet huma: Awstrija, Żvizzera, Portugal, Italja, Franza, Greċja, Turkija, Repubblika Ċeka, Ġermanja, Kroazja, Russja, Spanja, Żvezja, Romanija u Olanda. Fost dawn it-timijiet ma nsibux it-tim ta' l-Ingilterra li ma rnexxilux jikkwalifika.

L-Olimpijadi tas-Sajf li se jsir f'Beijing bejn it-8 u l-24 ta' Awissu. Matul dawn l-Olimpajdi wieħed se jkollu l-opportunita li jara 28 sport differenti bi 38 dixxiplina u madwar 10,500 alteta. It-tema ta' dawn l-Olimpjadi se tkun 'Dinja Waħda, Ħolma Waħda'.

No comments: