27.1.06

27 ta' Jannar - Jum il-Memorja


Is-27 ta' Jannar fl-Ewropa huwa magħruf bħala Jum il-Memorja.

  • •Is-27 ta' Jannar huwa l-anniversarju ta' l-għeluq tal-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz.

• F'Auschwitz-Birkenau in-Nazisti kellhom 4 kmamar tal-gass li kellhom l-kapaċita' li joqtlu 12,000 kuljum. Auschwitz jissimbolizza il-qtil tal-Lhud Ewropej.

• F'dan il-jum diversi gvernijiet jikkommemoraw il-vittmi tal-Holocaust fosthom l-Iżveżja, l-Italja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Belġju l-Polonja u l-Ingilterra. Anki in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill ta' l-Ewropa jikkommeraw dan il-jum.

F'dan il-jum għandna niftakru f'dak li sar min-Nazisti u kif ħaqru lil-Lhud, li kienu bla ħtija, għax skond Hitler ma kinux razza pura. Fid-dinja ma hemm l-ebda razza pura, imma kulħadd huwa l-istess. Ejjew naċċettaw lil kulħadd hu kif inhu u mhux niddiskriminaw għax wieħed hu mod u l-ieħor mod ieħor.

Għal iktar infomazzjoni idħlu:
http://www.hmd.org.uk
http://www.remember.org/index.html

No comments: