
Il-film hu bbażat fuq il-ktieb Vengeance:The True Story of an Israeli Counter-Terrpost Team miktub mill-ġurnalist Kanadiż George Jonas, li hi storja bbażat fuq l-istorja ta' Yuval Aviv, li jingħad li kien wieħed mill-aġenti tal-Mussad. Fil-ktieb insibu, l-istorja ta' Aviv mill-protagonista Avner.
Fl-1972 waqt l-Olimpijadi fi Munich fil-lejl ta' bejn l-4 u l-5 ta' Settembru il-11-il atleta Lhudi ġew maqbuda bħala ostaġġi minn terroristi Palestinjani. Dan l-avveniment ġie muri fuq it-televiżjonijiet kollha ta' madwar id-dinja. Dawn l-ostaġġi ġew maqtulin: 2 fil-kmamar tagħhom u d-9 l-oħra ġew maqtula fl-ajruport ta' Munich. Minn wara dan l-attakk l-Isrealjani riedu jpattu lil Palestinjani ta dak li għamlu. Dan jagħmluh permezz ta' uffiċjal tal-Mussad, Avner, li kellu missjoni fejn kellu jiġbor tim u jdur madwar l-Ewropa biex joqtol lil dawk il-Palestinjani li taw sehem fis-'Settembru l-Iswed'. Matul il-film naraw lil Avner flimkien mat-tim tiegħu joqtol lil dawn il-Palestinjani.
Dan il-film dam 5 ġimgħat biex inġibdu x-xeni f'Malta fejn ġew użati 42 lokalita li fih inħadmu daqs 7 pajjiżi.
Dan il-film huma maħdum tajjeb ħafna b'effetti eċċellenti. Fih ħafna vjolenza pero fuq hekk tittratta l-istorja. Il-poplu Malti sema' bih matul ix-xahar ta' Lulju li għadda u dan minħabba li kif naf daqs nofs il-film ġie miġbud f'pajjiżna. Minn jarah malajr jista' jagħraf il-postijiet użari fil-film. Għalhekk nies morru araw dan il-film ħalli nissapportjaw lil Spielberg ħalli jerġa' jiġi Malta.
Xena mill-film fix-Xatt ta' tas-Sliema
Xena mill-film fil-Belt Valletta
No comments:
Post a Comment