F'konferenza stampa mogħtija mis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech intqal li ġew magħżula l-uċuħ ta' l-ewro wara l-konsultazzjoni mal-pubbliku. B'kollox ivvutaw 16,835 fejn kullħadd kellu ċ-ċans li jaħżel stampa waħda biss għall-wiċċ ta' l-ewro.
L-iktar tlieta poplari kienu:
L-iktar tlieta poplari kienu:
- Il-Magħmudija ta' Kristu (taħt t-tema tar-Rinaxximent f'Malta) li ġabet 3,498 vot
- L-Arma ta' Malta (taħt it-tema ta' l-identita nazzjonali) li ġabet 2,742 vot
- Il-Forti Sant' Anġlu (taħt t-tema tar-Rinaxximent f'Malta)li ġab 2,037 vot
Minħabba li kellhom jiġu magħżula waħda minn kull tema l-Forti Sant' Anġlu ma setax jitpoġġa allura ntgħażel l-artal tat-tempji ta' l-Imnajdra b'1,872 mit-tema tal-preistorja f'Malta.
Il-Kumitat qal ukoll li qed jikkonsidra li jagħmel ukoll is-Salib ta' Malta minħabba li kien hemm 441 persuna li vvutaw għalih. Ix-xewqa ta' l-Akkademja tal-Malti ma seħħitx minħabba li Dun Karm ġab biss 162 vot.
Tonio Fenech qal li t-tliet għażliet issa se jingħataw lil disinjaturi tal-Bank Ċentrali biex joħorġu żewġ disinji għal kull tema. F'April il-pubbliku jerġa' jintalab jieħu sehem fl-għażla miż-żewġ disinji.
Ladarba l-proċess jitlesta, id-disinn finali jrid ikun approvat mill-Bank Ċentrali Ewropew u jkun jista' jibda l-proċess ta' l-izzekkar tal-muniti. Bħalma sar f'diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, il-muniti ta' l-ewro Maltin se jkollhom tliet disinji differenti. Disinn wieħed se jidher fuq il-muniti ta' l-ewro u ż-żewġ ewro, disinn ieħor se jintuża għall-50 ċenteżmu, l-20 ċenteżmu u l-10 ċenteżmi u disinn ieħor se jintuża għall-ħames ċenteżmi, għaż-żewġ ċenteżmi u għaċ-ċenteżmu.

Il-Magħmudija ta' Kristu

L-Arma ta' Malta
L-artal tat-tempji ta' l-Imnajdra
No comments:
Post a Comment