4.2.06

Is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew bil-Malti

Għall-ewwel darba minn meta Malta saret membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropeja, il-Membri Parlamentari Maltin, dawk li jgħinuhom u l-viżitaturi issa għandhom iċ-ċans li jsegwu is-sessjonijiet plenarji kollha tal-Parlament Ewropew bil-Malti.

Dan sar possibli wara ż-żieda ta' erba' interpreti Maltin fil-Parlament Ewropew.

Ma kienx possibli qabel, il-bieraħ, li s-sessjonijiet kollha jiġu tradotti bil-Malti. Minħabba n-nuqqas ta' interpreti, id-diskorsi tal-Membri Parlamentari Maltin biss kien jkunu tradotti.

Issa li l-ewwel erba' studenti Maltin lestew il-kors ta' l-interpreti f'Londra, issa dan il-vojt imtela u l-Parlament Ewropew qed joffri t-traduzzjoni sħiħa tas-sessjonijiet plenarji fi Brussel u Strasburg kollha bil-Malti.

F'lingwi oħra jeżistu wkoll traduzzjoni fil-laqgħat tal-kumitati u l-gruppi politiċi . Però dan ma jistax iseħħ minħabba nuqqas ta' interpreti. Is-sitwazzjoni hi mistennija li tirranġa ruħha minħabba li iktar Maltin qed jiġu mħarrġa biex isiru interpreti.

S'issa n-numru ta' interpreti huwa biss ta' 12 fi tlett istituzzjonijiet Ewropej.

2 comments:

Anonymous said...

Haga pozittiva din ghall-Malti. Nittamaw li nkomplu naraw zviluppi simili. L-importanti li jaghmlu gieh lil-lingwa taghna.

Grazzi Carl li qed taggornana b'ahbarijiet bhal dawn. Interessanti

Coemgen said...

Tajjeb ferm! Nahseb il-fatt li Joseph Muscat iddecieda li jitlaq il-barra minhabba li ma kienx hemm traduzzjoni ghamlet xi daqsxejn l-effett taghha.