Il-Kumpanija Microsoft qed tippjana sitt verżjonijiet tas-sistema operattiva Windows li jmiss bl-isem ta' Vista.
Tlett verżjonijiet minnhom ser ikunu għal PCs fid-djar, tnejn minnhom għall-intrapriżi u wieħed għal swieq li għadhom qed jikbru. Wieħed mill-verżjonijiet għal-PCs fid-djar ser jinkludi l-possibilita' li wieħed jaħżen u jerġa jara' xi produzzjonijiet televiżivi. Għad m'hemm l-ebda data meta l-Vista ser jiġi mniedi iżda huwa mistenni li jkun barra sa' l-aħħar ta' din is-sena.
Vista tista' tgħid huwa il-Windows magħmul mill-bidu u li ser iġib tibdiliet kbar fil-mod ta' kif ser tkun tidher is-sistema operattiva u kif jaħsem f'sens ta' networking u sound. Microsoft qalu li dawn is-sitt verżjonijiet kienu magħmulin sabiex jaqdu individwi differenti fl-użu tagħhom ta' software.
Vista Business ser tkun il-verżjoni bażika għal kumpaniji ta' kull daqs u ser tinkludi għodda li tgħin organizzazjonijiet jimmaniġjaw il-PCs tagħhom. Il-Vista Enterprise ser ikollu l-għodda kollha ta' l-verżjoni bażika iżda miegħu ser ikollhu sistema BitLocker li ser twaqqaf informazzjoni kunfidenzjali milli tidher jekk il-kompjuter jintilef jew jinsteraq.
Il-Vista Home Basic hija intiża għal dawk li jridu jużaw il-PC biex jużaw l-internet, l-email u jikkrejaw u jeditjaw dokumenti bażiċi. Din il-verżjoni ser tinkludi wkoll tfittxija fuq id-desktop u għodda ta' sigurta'. Il-Vista Home Premium tinkludi dak kollhu li hemm fil-verżjoni bażika iżda għandha magħha l-interface grafika ġdida bl-isema ta' Aero. Microsoft qalu li din il-verżjoni ser tgħin lil individwi jorganiżżaw l-immaġini diġitali tagħhom il-mużika u l-kollezzjonijiet ta' films. Ser tinkludi wkoll għodda li tgħin lil individwu jagħmel u jaħraq DVDs. Dawk li ser ikollhom din il-verżjoni ser ikunu kapaċi iqabbdu il-PC tagħhom ma' Xbox360 li hija gaming console.
Il-Vista Ultimate għandha l-għodda kollha li fihom l-edizzjonijiet kollha f' pakkett wieħed. L-edizzjoni Starter hija verżjoni intenżjonata għal-PCs mhux daqshekk b' saħħtihom li jinstabu f' ħafna pajjiżi li għadhom qed jiżvilupaw. Ser ikun hemm ukoll verżjonijiet magħmulin apposta għall-Ewropa li skond mandat tal-UE mhux ser ikollu il-Windows media player.
No comments:
Post a Comment