22.2.06

Il-Futbol fuq it-televiżjoni....il-fejn sejrin?

Dan l-aħħar smajna li issa l-logħob tal-futbol ma nistgħux nibqgħu narawhom iktar b'xejn fuq it-televiżjoni bħalma ilna mdorrijin minn dejjem. Il-Melita Cable wara li xtart id-drittijiet biex ixxandar it-tazza tad-dinja li ser issir f'Ġunju u Lulju li ġej ħabbret ukoll li rebħet d-dritt li xxandar iċ-Champions League u il-Formula 1. Dan ifisser issa li ser ikollna nħallsu biex naraw il-futbol u formula 1. Il-fejn sejrin aħna f'din l-era tal-globalizzazzjoni? Irrid nħallsu għal kull ħaġa li rridu naraw jew se nerġgħu nispiċċaw bħal qabel li naqbdu kollox bl-aerial?

Ma nafx il-fejn sejrin. Il-bieraħ meta ridt nara l-logħba taċ-Champions League fuq it-televiżjoni spiċċajt kelli naraha b'kummetarju Ingliż. Vera ma ħadtx ġost naraha minħabba li aħna mdorrijin bil-kummentarju ta' veru, dak Taljan. Issa ser inqaċċtu wkoll il-lingwa Taljana biex indaħħlu dik Ingliża anki fil-futbol? Jien inħossni misruq mill-Melita Cabel meta qed nara fiex wasslitna din l-era diġitali. Issa iridu jneħħuli wkoll il-futbol b'kummentaru Taljan. Għiduli fejn nistgħu naslu iktar??

Viva l-Melita Cable!!! IL-QERDA TAL-FUTBOL FUQ IT-TELEVIŻJONI!!!

No comments: