27.3.06

JUM IL-BELT VALLETTA - 28 TA' MARZU

It-28 ta' Marzu hija data għażiża ħafna għalina l-beltin minħabba li fit-28 ta' Marzu l-Belt tagħna li tant aħna ngħożżu u nħobbu bdiet teżisti. Dan minħabba li dakinhar il-Granmastru La Valette poġġa l-ewwel ġebla u minn hemm 'il quddiem il-Belt bdiet tieħu l-prestiġju tagħha li għadha bih sal-lum. Din is-sena l-Belt Valletta taħlaq 440 sena minn dik id-data storika fl-istorja ta' pajjiżna. Il-Belt Valletta kienet ir-rigal tal-Granmastru La Valette.

Hawn qed nagħmel poeżija li ktibt ftit ilu lil Belt Valletta:

Lill-Belt Valletta

Mibnija fuq l-Għolja Xiberras,

Mibnija mill-Maltin għall-Maltin,

Imdawra bl-ibħra miż-żewġ naħat,

Fejn fihom l-Malti qagħad.



Kien il-Gran Mastru La Valette li riedek,

Għax rak waħdek Għolja Xiberras.

Minn biċċa għolja mdawra bil-baħar

Għamlek belt ta’ ġieħ kbir.



Fuq żewġ naħat għandek żewġ portijiet:

Il-Port l-Kbir u dak ta’ Marsamxett,

Li raw xwieni u vapuri ħdejhom

Li kellhom jitkellmu ma jiqfux jirrakkuntaw.



Inti l-belt li fik jien għext.

Li fik jien sibt l-kenn kull jum ta’ ħajti.

Nixtieq nirringrazzjak u nsejjaħlek

Bl-isem li tak La Valette, ja belt umli.
Carl Joseph Farrugia
Frar 2004

No comments: