2.4.06

Il-qtil ta' Tommaso u affarijiet oħra

Il-bieraħ kont qed ninnaviga fuq l-internet u bħas-soltu dħalt fuq is-sajt tat-tgcom ha nara ftit x'inhu jiġri fl-Italja u l-ewwel ħaġa li rajt quddiem għajnejja kienet li lil Tommaso, it-tifel li insteraq it-2 ta' Marzu, miet. Jien dak il-ħin ma ridtx nemmen lil għajnejja li dan it-tifel ta' 18-il xahar ġie maqtul. Kont ili inseġwi dan il-kas mill-bidu u dan l-aħħar kien hemm fiduċja li dan it-tifel kien se jinħeles imma dan kollu inbidel. Mur ara li dan it-tifel kien ilu mejjet minn dakinhar li insteraq. Il-mod issa li sirna nafu li inqatel hija vera krudili minħabba li ġie maqtul b'daqqa ta' pala minħabba li beda jibki u l-ħallelin ħasbu li kien se jinqabdu. Bħalissa qed insiru nafu iktar dwar x'ġara minn dan il-kas. Il-ħtif ta' dan it-tifel kellu jkun ħtif ta' ftit siegħat biex jieħdu l-flus mingħand missieru li kellu jġib il-flus mill-uffiċċju postali.

Dik kienet sintesi dwar dan il-kas imma issa se nagħti ftit l-opinjonijiet jien.

Kif qed ngħixu f'dinja mimlija lussu u teknoloġija u xorta dawn l-affarijiet isiru?

Kif dejjem irridu iktar flus mingħand ħaddieħor għax forsi għandu iktar minnha?

Din l-istorja hi forsi waħda minn ħafna li jiġru fid-dinja imma din l-istorja lili laqtitni ħafna minħabba li tinvolvi tifel ta' 18-il xahar. Hemm bżonn li aħna l-bnedmin nieqfu nirriflettu dwar dak li qed jiġri madwarna. Kif dawn l-affarijiet isiru? Forsi tgħiduli aħna x'nistgħu nagħmlu? Vera fuq din l-istorja ma nistghu nagħmlu xejn pero hemm bżonn li nħarsu lejna nfusna u naraw ftit aħna x'qegħdin nagħmlu. Qed nippruvaw nisirqu flus minn ħaddieħor li għandu iktar minnha? Qed niddisprezzaw lin-nies ta' opinjoni differenti jew kulur differenti? Hekk kif nikteb din qed niftakar fl-att barbaru li saru minn xi nies lill-patrijiet Ġiżwiti fil-kulleġġ ta' San Alwiġi, fejn ġew maħruq seba' vetturi. Kif jistgħu jiġru dawn l-affarijiet? Aħna li tant ngħidu li aħna pajjiż demokratiku...Fejn hi d-DEMOKRAZIJA?? Fejn huma l-VALURI INSARA li tant nisħqu fuqhom?? Fejn huma l-VALURI UMANI??? Ma nafx kultant ngħid li għaddew tant snin minn fuqna l-bnedmin u għadna lanqas tgħallimna x'jiġifieri li ngħixu f'komunita. Jekk iddur id-dinja tara ħafna ġlied li jiġi muri fil-midja imma l-affarijiet it-tajbin li jsiru ma jiġux murija. Għalhekk għandna naraw li nibdew kulħadd billi jibdel lilu nnifsu għax ma nistawx nibdlu d-dinja jekk l-ewwel ma ninbidlux aħna.

No comments: