26.6.06

Ir-Rebħa ta' l-Italja fuq l-Awstralja...X'Emozzjoni

GOOOOOOWWWWWWWWLLLLLLLL!!!!!!!!!!!! Din kienet l-emozzjoni tiegħi fl-aħħar sekondi tal-logħba Italja kontra l-Awstralja meta skurja l-penalti Totti.

Il-logħba ta' t-tieni rawnd bejn l-Italja u l-Awstrajla kienet logħba importanti għaż-żewġ timijiet. Għall-Italja kienet importanti din il-logħba biex ikomplu jimxu 'l quddiem f'din it-Tazza tad-Dinja. Mentri għall-Awstralja din kienet l-ewwel darba li waslet daqshekk. Din kienet l-ewwel logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet. Lippi għażel il-formazzjoni tiegħu bħas-soltu imma did-darba ma għażilx lil Totti imma lil Del Piero. Kulħadd ħadha bħala sopriża din. Il-formazzjoni ta' l-Italja kienet:
1 BUFFON Gianluigi (GK)

3 GROSSO 5 CANNAVARO(C) 23MATERAZZI 19 ZAMBROTTA

20PERROTTA 21PIRLO 8 GATTUSO

7 DEL PIERO

9 TONI 11GILARDINO

L-Uffiċjal tal-logħba kienu:
Referi: MEDINA CANTALEJO Luis (SPA)
Assistenti : GIRALDEZ CARRASCO Victoriano (SPA) u MEDINA HERNANDEZ Pedro (SPA)
4 a Uffiċjal: POULAT Eric (FRA)
5es Uffiċjal: DAGORNE Lionel (FRA)

Il-logħba bdiet it-Taljan bdew bil-mod kif għamlu fil-logħbiet l-oħra. L-Awstrajlani bdew jippruvaw jattakkaw. Fl-ewwel taqsima l-iktar azzjonijiet li resqu viċin ix-xibka kienet dawk tat-Taljani b'Gilardino u Toni. Del Piero lagħab tajjeb fil-bidu imma mbagħad ma għamel xejn. Mbagħad ir-referi saffar tmiem l-ewwel taqsima li ma tantx offriet azzjonijiet.

Lippi ħareġ fil-bidu tat-tieni taqsima ħareġ lil Gilardino u daħħal lil Iaquinta. It-tieni taqsima ma tantx bdiet tajba għat-Taljani dan minħabba li r-referi keċċa lil Materazzi fl-ewwel fawl tiegħu fil-logħba.


Il-fawl ma deherx ta' ħamra żġur imma ta' safra. Insomma dan kien ifisser li t-Taljan kellhom jilgħabu kważi tliet kwarti bi plejer inqas. It-Taljani raw li allinqas iżommu lill-Awstraljani milli jdaħħlu l-ballun fix-xibka u nistgħu ngħidu li rnexxilhom. Kien hemm xi xuttijiet lejn il-last Taljana pero Buffon salva kull periklu. Matul il-logħba daħlu bħala sostituti Totti għal Del Piero u Barzagli flok Toni minħabba t-tkeċċija ta' Materazzi. Mbagħad ngħataw tliet minuti ta' ħin miżjud. Jien għedt li kien se jkun hemm il-ħin barrani pero ġejt imqarraq fortunatament. Kien hemm azzjoni tajba minn Fabio Grosso u twaqqa fil-kaxxa. Skond ir-referi kien penalti.



Issa Totti kellu pressjoni kbira biex jagħti dan il-penalti. Qalbi waqfet dak il-ħin biex nara x'kien se jiġri minn dan il-penalti. Jixxuttja Totti .....uuuuuuuuu GGGGGGOOOOOOOOOWWWWWWWWLLLLLLLLLL!!!!!!!!!!!! Kemm werżaqt. Waqt il-ċelebrazzjoni tat-Taljani r-referi saffar it-tmiem tal-partita. Iva, t-Taljani għaddew għall-kwarti u Hiddink din id-darba mar minn taħt hu.


Logħba li forsi ma kelliex xi azzjonijiet kbar u sbieħ pero fl-aħħar wasal sodisfazzjoni kbir bir-rebħa tat-Taljani fuq l-Awstralja pero wisq iktar fuq HIDDINK!!!!!!!!! FORZA ITALIA!!!! Issa nistennew u nara ma min ħa nilgħabu bejn Żviżżera u Ukrajna. Il-logħba li jmiss nhar il-Ġimgħa għal attakk ta' qalb ieħor.

No comments: