19.6.06

Taf titkellem is-'Socceranto'?...il-lingwa tal-futbol

Qatt ħsibt li l-futbol jista' jkollu lingwa waħda? It-tazza tad-Dinja hi magħmula minn 32 pajjiż li bejniethom għandhom 18-il lingwa uffiċjali. Kif jistgħu jikkomunikaw il-plejers u l-uffiċjali? Din hi l-ħolma ta' tlieta min-nies li huma Peter Freedman, Ted Freedman u Ignacio van Gelderen. Dawn għamlu ktieb jismu Socceranto: Birth Of A Language fejn fih hemm lista ta' kliema, frażijiet u prinċipji ta din il-lingwa l-ġdida li hi lingwa internazzjonali għall-futbol.

L-awturi jixtieq li s-Socceranto jiġi żviluppat biż-żmien billi jsir iktar sinjur fil-kliem u iktar internazzjonali. L-isem Socceranto ġej mill-kelma soccer u mill-Esperanto.
Socceranto hu magħmul minn sitt lingwi - il-lingwi tal-pajjiżi li rebħu t-Tazza tad-Dinja sa issa. Dawn huma l-Portugiż (Brażil), l-Ispanjol (Arġentina u Urugwaj), it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.
Il-lingwa hi bbażat wkoll fuq ismijiet ta' plejer famużi u kliem mill-reġistru tal-futbol.

Kliem ġodda huma:

maradona: n. gowl skurjat bl-idejn. [Derivat:Maradona skurja l-gowl ta' l-Arġentina kontra l-Ingilterra bl-idejn fit-Tazza tad-Dinja ta' l-1986 bl-idejn.]
muller: n. skorer. [Derivation: Gerd Muller, the great German striker of the 1970s, who remains top scorer in World Cup history, with 14 goals. ]

fliegenfanger: n. a useless goalkeeper. [Derivat: Mill-Ġermaniż għal "flycatcher" .]

rono – n. plejer (mhux Brażiljan) b'talent Brażiljan [Derivat: Mill-ismijiet ta' l-istillel Brażiljani, Ronaldinho and Ronaldo.]

Ix-xewqa tal-dawn l-awturi huwa dak li din il-lingwa tiżviluppa u ssir aktar sinjura.

L-editur ta' dan il-ktieb qed jitolbu lil dawk li jħobbu l-football biex jgħinu fl-iżvilupp ta' din il-lingwa billi jagħtu l-idejat tagħhom fil-forum (www.lulu.com/soccerantodev).

No comments: