13.6.06

Italja 2 Gana 0. Rebħa tajba għat-Taljani

Il-logħba tal-bieraħ ta’ l-Italja kienet mistennija ħafna. Kemm min-naħa tat-Taljani biex jaraw x’se jagħmel it-tim ta’ pajjiżhom kif ukoll min-naħa tas-sapporters azzurri, wieħed minnhom jien. L-istennija kienet kbira ħafna minħabba li kulħadd ried jara l-Italja x’se toffri wara l-iskandlu li hemm fil-futbol Taljan bħalissa u minħabba li fil-logħob ta’ ħbiberija t-Taljani ma kkonvinċewx. Jien kelli fiduċja kbira lit-Taljan se jmorru tajjeb f’din l-ewwel partita tagħhom kontra l-Gana avolja bżajt ftit minnhom minħabba li qatt ma rajthom jilgħabu u minħabba li l-Gana hu tim Affrikan u l-Affrikan msemijin għall-ġiri tagħhom.

Il-ħin tal-bidu tal-logħba wasal. Grawnd mimli se jinqasam bin-nies. Jien minn qabel id-21:00 kont diġà qiegħed quddiem it-televixin nistenna dik it-tisfira li kellha tagħti bidu għall-mixja tat-Taljani fit-Tazza tad-Dinja. L-ewwel stennejt l-Innu ta’ Mameli, l-innu tal-patrija Taljan. Miegħu kantajt. Mbagħad smajna dik it-tisfira tal-bidu mir-referì. Il-qalb bdiet tħabbat sitta sitta u t-tensjoni bdiet titla’ dejjem aktar. Bdejna naraw l-ewwel azzjonijiet tal-partita fejn it-Taljani bdew jattakkaw tajjeb u l-Gana bdew bil-mod ħafna. L-ewwel azzjoni li fiha kien se jisplodi l-ferħ tiegħi kienet il-lasta li laqat Toni però l-ballun sab ma xiex ħabat biex ma jidħolx ix-xibka. Imma anki jekk il-ballun ma ridx jidħol fl-aħħar daħal minn xutt magnifiku ta’ Andrea Pirlo mis-saqajn magiċi tiegħu. Il-ferħ issa sploda fuq li sploda. L-għajjat ma waqafx... GGGGGGGGGOOOOOOOOOWWWWWWWLLLLLLLLLLLLL!!!!!!!!!!! Iva dan kien l-ewwel pass għall-ewwel rebħa f’din it-Tazza tad-Dinja. Mbagħad stiħajna ftit meta r-referì saffar it-tmiem ta’ l-ewwel taqsima.



Għaddiet kwarta ta’ mistrieħ u reġat bdiet it-tensjoni anki jekk issa naqset ftit minħabba li għaddew l-ewwel tliet kwarti issa fadal tliet kwarti oħra ta’ logħob fejn seta’ jiġri kollox. L-azzjonijiet bdew bil-mod il-mod. Ftit azzjonijiet kemm minn naħa u kemm minn oħra. L-Ghaniżi bdew joħorġu ftit ftit mill-qoxra tagħhom fejn għall-ewwel darba inpenjaw lil Buffon wara li ma tantx kellu x’jagħmel. Rajna fowl fuq Totti li forsi beżżgħana ftit minħabba li ftit iktar minn mitt ġurnata ilu kien weġġa. Mbagħad rajna daħla kerha fuq Iaquinta li ma ġietx sanzjonata mir-referì minħabba li waqqaf l-azzjoni, li skond il-lajnsmen kien offsajd anki jekk ma kienx. Imma t-Taljani ma jaqtgħux qalbhom għax Iaquinta reġa daħal fil-piċċ u tana sodifazzjon meta sab it-tieni gowl għall-Italja. Minn kontra-attakk li Kuffour ħalla lil Iaquinta jgħaddu, dan ġera lejn il-lasta għadda minn quddiem il-kiper u xuttja fix-xibka. GGGGGOOOOOOWWWWWWLLLLLLLLLL!!!!!!!!!!! ieħor. Issa t-tensjoni niżlet iktar minħabba li issa konna żewġ gowls minn fuq. Minn hemm ‘l quddiem kellna ftit azzjonijiet denji ta’ nota. It-tisfira ta’ r-referì waslet ukoll u hekk stajna niċċelebraw l-ewwel rebħa ta’ l-Italja fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena jalla jkunu iktar.



Issa nistennew nhar is-Sibt biex nerġgħu naraw l-Azzurri jilgħabu kontra l-Istati Uniti li mhux suppost se jkunu oppożizzjoni kbira. Issa FORZA AZZURRI!!! għal nhar is-Sibt.

No comments: