10.6.06

It-Tazza tad-Dinja 2006 - Il-Festa tal-futbol

Il-bieraħ bdiet il-festa tal-futbol li hija mistennija minn bosta nies. Din festa tinkludi fiha 32 tim li jilgħabu kontra xulxin li minnhom jibqa' wieħed li jerbaħ din it-Tazza. L-ispettaklu l-bieraħ kien wieħed tajjeb ħafna mill-Ġermaniżi. Jalla din il-festa tal-futbol tnessina ftit mill-inkwiet u l-ġlied li għandna madwarna. in il-festa għandha tkun festa ta' paċi fejn kulħadd jifraħ bit-tim favorit tiegħu.

Jien għandi lill-Italja bħala tim favorit tiegħi u jalla jmur tajjeb anki jekk fil-pajjiż hemm ħafna skandli. Hemm diversi timijiet li għandhom ċans jerbħu din il-kompetizzjoni nistgħu nsemmu l-Brażil, il-Ġermanja, l-Ingilterra u l-Olanda pero ma jonqsux is-sorpriżi.

Jalla din il-festa tgħaqqadna lkoll flimkien. L-isbaħ biċċa taċ-ċerimonja tal-ftuħ kienet meta kien hemm il-bnadar kollha flimkien. Din għandna tkun rappreżentazzjoni tad-dinja.

No comments: