L-erba' disinji huma bbażati fuq it-temi li ntagħżlu mill-pubbliku stess f'Jannar li għadda. Tlieta mid-disinji huma l-Istatwa tal-Magħmudija ta' Kristu, l-Arma ta' Malta u l-Altar tat-Tempju ta' l-Imnajdra. Ma' dawn żdied is-Salib ta' Malta, li rċieva l-akbar għadd ta' voti mill-pubbliku.
Minn dawn l-erba' disinji se jintagħżlu dawk it-tlieta li jiksbu l-akbar ammont ta' voti mill-pubbliku permezz ta' l-SMS. Sad-9 ta' Ġunju jistgħu jintbagħtu sa tliet SMSs minn kull linja ta' telefon ċellulari lejn in-numru abbinat ma' kull disinn. SMS wieħed biss ikun kunsidrat bħala validu għal kull disinn.
Id-disinji għall-għażla huma dawn:

L-Arma ta' Malta

Il-Magħmudija ta' Kristu

L-Imnajdra

Is-Salib ta' Malta
No comments:
Post a Comment